Filmat: L-ewwel eliminazzjoni tar-raba’ programm

“Kif tibda performance u kif tispiċċa hija l-iktar ħaġa li jiftakru n-nies” – dan kien il-kumment ta’ Howard Keith Debono għall-wrija ta’ Sweet Chillies, grupp ta’ żeffiena ta’ bejn l-14 u t-28 sena.

Il-grupp għamel wirja għall-kanzuneta Toy li biha Netta Brazilai rebħet il-Eyurovision Song Contest tal-2018.

Ġie rrimarkat li bosta drabi ma kienux qed jaqblu bejniethom fil-movimenti u mqabbla ma’ gruppi ta’ żeffiena oħra li s’issa taw il-wirja tagħhom, jidher ma impressjonawx biżżejjed u għaldaqstant is-sehem tagħhom f’din l-edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent waqfet hawn.