Filmat: L-ewwel eliminat tal-lejla

Jamie Halls ta’ 39 sena ilu jiġi Malta mindu kellu 10 sena u wara li l-ġenituri tiegħu ġew joqgħodu Malta sitt snin ilu iddeċieda li jsegwihom u llum jaħdem bħala kok. Għal din l-ewwel fażi ta’ Malta’s Got Talent interpreta l-kanzunetta Hello li Lionel Ritchie kien ħareġ fl-1983.

Il-wirja tiegħu ma impressjonat xejn lill-erba’ membri tal-ġurija li waqqfu l-prova tiegħu waqt dan il-programm, b’Howard jikkummenta li l-wirja ta’ Halls, li oriġinarjament huwa minn Birmingham, kienet waħda mingħajr emozzjoni.