Filmat: L-ewwel ċafċifa?

Il-klieb fix-xelter tal-annimali tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) bdew igawdu s-sajf b’ċafċifa f’vaska ċkejkna fix-xelter li jinsab fil-Marsa.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-AAA jidhru numru ta’ klieb qed jieħdu pjaċir jilgħabu fil-vaska friska, hekk kif is-sħana qed tgħanni fuq il-Gżejjer Maltin.