Filmat: L-ewwel anzjana tirċievi l-vaċċin kontra l-Covid-19

L-ewwel anzjana f’Malta ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19.

L-anzjana hija Mary Pizzuto, residenta fil-Faċilità San Vinċenz de Paul. Hi għandha 94 sena.

F’kumment li għadda, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia rringrazzja lill-frontliners kollha li kienu u għadhom jaħdmu qrib l-anzjani u lill-anzjani nfushom u awguralhom paċi, hena u fuq kollox, saħħa.

Apparti l-ewwel anzjana, illum se jkun hemm 40 anzjani oħrajn li se jkunu qed jingħataw il-vaċċin, kif ukoll 15-il membru tal-istaff tar-Residenza San Vinċenz de Paul.