Filmat: L-Ewropa tinvesti €70 miljun f’kumpaniji Maltin

L-Ewropa qed tinvesti aktar minn €70 miljun f’kumpaniji Maltin u Għawdxin.

Fi stqarrija l-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej qalu li l-Ministru Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi żaru l- kumpanija Gozo Distillery Ltd f’Għawdex, start-up li għamlet użu minn fondi Ewropej.

Stefan Zrinzo Azzopardi qal li aktar minn 1,000 kumpanija bbenefikaw minn fondi Ewropej. Il-maġġoranza huma ta’ daqs żgħir jew medju, bil-għan li jkollhom il-kapital biex jinvestu fil-kumpanija tagħhom, jkabbru l-operat, filwaqt li jżiedu l-aspett kompetittiv, kemm fis-suq lokali u anki f’dak internazzjonali.