Filmat: L-eroj ta’ żminijietna… 200 sena ta’ servizz

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru l-200 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, illum tnieda filmat mill-istess Pulizija li juri diversi oqsma fi ħdan il-korp matul il-ħidma tagħhom. Fi ftit iktar minn tliet minuti ta' filmati, il-Pulizija jirnexxielhom jinkludu l-ħidma ta' diversi oqsma mill-akkademja sas-sezzjoi tal-investigazzjoni. Filmati oħra jinkludu s-sezzjoni tal-kavallerija, tat-traffiku u r-Rapid Intervention Unit.
F'mitejn sena ta' servizz, il-Pulizija għal ħafna jistgħu jitqiesu bħala l-eroj ta' żminijietna.