Filmat: L-Enemalta tibda ż-żarmar tal-power station fil-Marsa

Bdew ix-xogħlijiet relatati maż-żarmar ta’ partijiet mill-power station fil-Marsa, li ġew iddekommissjonati aktar kmieni din is-sena.
Uħud minn dan il-makkinarju kien għadu jintuża sas-sena li għaddiet.
Ġimagħtejn ilu ħarġet sejħa għall-offerti għaż-żarmar ta’ tliet ċmieni u għadd ta’ tankijiet tal-Heavy Fuel Oil.
Bħalissa l-Enemalta qed twaqqa’ u twitti partijiet mis-sit tal-power station biex tiftaħ it-triq ħalli ż-żarmar tal-makkinarju jkun jista’ jsir f’aktar sigurtà.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Iż-żarmar tal-power station se jkompli f’għadd ta’ stadji.
L-istess triq se tkun magħluqa għat-traffiku wkoll nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, bejn is-7:00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ waranofsinhar biex jitkompla x-xogħol ta’ twaqqigħ ta’ strutturi f’din iż-żona. 

Filmat: Enemalta