Shout Out for Mental Health huwa proġett li jitratta s-saħħa mentali. Permezz ta’ dan il-proġett ġiet imnedija kanzunetta li titratta l-esperjezi u l-emozzjonijiet li jgħaddu minnhom tfal u adolexxenti li sabu l-għajnuna għad-diffikultajiet mentali li għaddew minnhom kemm fil-komunità kif ukoll fl-isptarjiet. Dawn iż-żgħażagħ jitkellmu dwar il-mumenti diffiċli li jgħaddu minnhom madankollu wieħed irid jagħmel il-kuraġġ, ma jaqtax qalbu u jfittex l-għajnuna.
Dan il-proġett huwa ssaportjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività, li huwa mmexxi mill-Uffiċċju tal-Preseident u mill-Kunsill Malti għall-Arti. Matul il-kitba ta’ din il-kanzunetta t-tfal u l-adolexxenti li jużaw is-servizzi tal-saħħa mentali kellhom gruppi ta’ terpaija fil-ġimgħa.
Dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni mal-kantant Gianluca Bezzina u mal-awtur Paul Bezzina li flimkien mat-tim tal-YPU li mexxew dawn il-gruppi u rrekordjaw il-kanzunetta.
L-għan ta’ din il-kanzunetta huwa jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali fit-tfal u l-adolexxenti u jaslu għandu żgħażagħ li għandhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali biex ifittxu l-għajnuna.