Filmat: L-Awtorità Bankarja Ewropea ma tistax tkun injorata – Vassallo

L-eks-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Francis Vassallo, qal li wieħed ma jistgħax jinjora r-rakkomandazzjonijiet li ngħataw mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil ta’ Flus, (FIAU).

Huwa saħaq li wieħed ma jistgħax idaħħal rasu fir-ramel għax dan ikun qed jagħmel ħażin.

Huwa ddeskriva r-rapport bħala wieħed inkwetanti kemm għal Malta kif ukoll għas-Servizzi Finanzjarji u l-Industrija f’Malta.

Huwa ma daħalx fil-mertu tal-każ tal-Bank Pilatus iżda saħaq li l-EBA sabet numru ta’ nuqqasijiet fl-operat tal-FIAU.

Vassallo saħaq li l-irġulja titlob li wieħed jammetti li żbalja u dawn l-iżbalji għandhom ikunu indirizzati.

Huwa qal li deċiżjoni pożittiva tkun jekk l-FIAU tadotta r-rakkomandazzjonijiet li ngħatat.