Filmat: L-audition ta’ Justine tispiċċa fuq X Factor Global

L-ewwel programm mit-tieni staġun ta’ X Factor Malta jidher li diġà qed iħalli impatt. Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu l-audition ta’ Justine Shorfid spiċċat imtella’ wkoll fuq il-paġna Facebook at’ X Factor Global.

Justine għandha 16-il sena u s-sena l-oħra kienet tattendi b’mod regolari għal X Factor biex tagħti l-appoġġ tagħha lill-kantanti l-oħra.

Ritratt: Facebook/X Factor Global

Min kellu jgħidilha li f’inqas minn sena hija wkoll kellha tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni ta’ dawk li qed isegwu mill-qrib X Factor Malta kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna?!

L-audition tagħha fuq il-YouTube hu l-aktar li s’issa ġibed attenżjoni u fil-fatt rawh aktar minn 9,500 darba!