Filmat: L-atturi ta’ L-Għarusa se jkantaw

Illum waqt il-programm Sibtek se niltaqgħu mal-atturi tas-serje L-Għarusa fejn dawn se jiġu lebsin bil-kostum tal-karattru li jinterpretaw fis-sensiela.

Apparti ħafna logħob tad-daħk huma se jieħdu sehem f’kompetizzjoni ħarxa li ilhom xhur jippreparaw għaliha, dik tal-kant.

Il–kast tal-Għarusa waqt Sibtek

Waqt Sibtek illum se jiddomina l-karaoke u logħba oħra divertenti ħafna li hi dik tal-”kiss Cam”.

Audrey Brincat Dalli l-awtriċi se titkellem fuq esperjenzi li għaddiet u tiżvela ħafna kurżitajiet .

Dan Sibtek ma tistax titilfu għax se tidħak ħafna.

Il-programm Sibtek ma’ Ryan Borg u Josmar jixxandar fuq TVM mis-1.45pm ‘il quddiem.