Filmat: “L-arroganza ta’ Schembri u Mizzi se tkompli tikber b’dan ir-riżultat” – Cassola

Read in English.

Arnold Cassola, kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, qal li b’dan ir-riżultat, l-arroganza ta’ ċerti nies fil-Partit Laburista bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi, se tkompli tikber, peress li dawn se jibqgħu jagħmlu li jridu. Qal ukoll li r-riżultat ikompli juri li m’hawnx oppożizzjoni f’Malta.

F’kummenti li ta lil Newsbook.com.mtProf. Cassola qal li huwa inkwetanti l-fatt li Malta m’għandhiex Oppożizzjoni, li l-Oppożizzjoni hija “dejjem aktar fi kriżi.” Dan għaliex riżultat bħal dan se jibqa’ jagħti lok lil dawk “arroganti” fil-PL biex jagħmlu fattihom.

LIVE: X’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti tan-Naxxar?

Dwar ir-riżultat li kiseb hu bħala kandidat fl-elezzjoni, Prof. Cassola qal li huwa preokkupanti ferm il-fatt li bejniethom, il-kandidati ta’ Imperium Europa, tal-Moviment Patrijotti Maltin u l-kandidati indipendenti kisbu 7% tal-voti. Huwa qal li jidher li hu kiseb 1% jew ftit inqas.

Casa mistenni jibqa’; Agius Saliba u Cutajar x’aktarx l-uċuħ il-ġodda

Qal ukoll li din l-elezzjoni wriet l-irresponsabbiltà tat-28% li ma ħarġux jivvutaw li ċertament għamlu differenza.