Filmat: L-Armata tippubblika l-verżjoni tagħha

Il-Forzi Armati ta’ Malta ħarġu l-filmat tagħhom tal-operazzjoni ta’ salvataġġ li għamlu nhar il-ġimgħa li għaddiet.
Ilbieraħ, l-awtoritajiet Taljani ħarġu filmat li juri l-mument fejn inqaleb id-dingi bl-immigranti irregolari.
Aktar kmieni, il-kaptan tat-tanker tefa' l-ħtija fuq il-Forzi Armati ta' Malta għax abbandunaw din il-ħidma ta' salvataġġ.
Madanakollu l-FAM spjegaw li ħallew f'idejn it-tanker għax riedu jmorru fuq operazzjoni ta' salvataġġ oħra fejn kien hemm 128 immigrant fuq dingi li kien qed jegħreq.