Filmat: L-Arċisqof se jiċċelebra l-Ewwel Tqarbina mat-tifla bl-awtiżmu

Arkivji

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed jiċċelebra l-Ewwel Tqarbina hu stess ma’ Ella, it-tifla bl-awtiżmu, u l-familja tagħha.

Dan qalu permezz ta’ filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Fl-aħħar jiem ġie rrapurtat li t-tifla bl-awtiżmu ma ngħatatx ċertifikat tal-preċett għax ma tqarbnitx.

Fil-filmat l-Arċisqof spjega li kellu laqgħa mal-ġenituri ta’ Ella fejn seta’ japprezza l-interess tagħhom fit-trobbija ta’ uliedhom. Irrimarka li meta jiltaqgħu biex jiċċelebraw l-Ewkaristija flimkien se jagħmel minn kollox biex tirċievi l-ewkaristija bil-mod li huwa l-iżjed konvenjenti għaliha.

L-Arċisqof sostna li l-għatx tal-ġenituri biex iwasslu lil uliedhom għall-ħajja Nisranija huwa “sinjal ta’ faraġ u ta’ kuraġġ kbir għal kull min huwa parti mill-familja ta’ Ġesù u l-Knisja.”