Filmat: L-Arċisqof jappella biex kulħadd jagħti sehmu fil-pandemija

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu sabiex flimkien negħlbu l-pandemija. L-Arċisqof sellem lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il-pandemija biex il-pajjiż jibqa’ sigur.

Żied li kull persuna għandha tagħmel l-almu tagħha u żżomm mal-parir li jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa. Appella biex f’dawn iċ-ċirkostanzi wieħed ma jistax jillaxka u kulħadd għandu jsegwi d-direttivi mogħtija mill-awtorità tas-saħħa.

L-Arċisqof qal li l-awtoritajiet għandhom ir-responsabbilità li jagħtu d-direttivi lill-poplu u l-poplu għandu r-responsabilità li jsewgihom.