Filmat: L-Arċisqof f’pellegrinaġġ privat fiż-Żejtun

Read in English.

Mons. Arċisqof Charles Scicluna jimxi f'pellegrinaġġ privat mill-Kappella ta’ San Klement għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun

Posted by Archdiocese of Malta on Wednesday, April 15, 2020

L-Arċisqof Charles Scicluna mexa f’pellegrinaġġ privat fiż-Żejtun dalgħodu.

Mons. Scicluna mexa mill-Kappella ta’ San Klement għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun.

Wara ftit mumenti ta’ talb fil-Kappella, l-Arċisqof refa’ salib u beda l-pellegrinaġġ lejn il-Knisja ta’ San Girgor.

Mal-wasla tal-purċissjoni fil-Knisja ta’ San Girgor sar talb għal dawk li qed ibatu minħabba l-coronavirus u għal dawk li qed jaħdmu f’din il-kriżi globali. L-Arċisqof ta wkoll il-barka.

Dan il-pellegrinaġġ issoltu jsir ta’ kull sena l-Erbgha fuq l-Għid il-Kbir tal-Mulej u f’ċirkostanzi normali jattendu għadd kbir ta’ nies, fosthom il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi. Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir. F’dak iż-żmien, wegħdi ta’ pellegrinaġġi simili kienu komuni ħafna.

Mons. Arċisqof Charles Scicluna jimxi f'pellegrinaġġ privat mill-Kappella ta’ San Klement għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun

Posted by Archdiocese of Malta on Wednesday, April 15, 2020

Din is-sena l-Arcisqof iddeċieda li l-pellegrinaġġ jieħu xejra penitenzjali u li jsir talb speċjali biex il-Mulej jghin waqt iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ħadd li għadda, l-Arċisqof Charles Scicluna ħareġ fuq it-taraġ tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana b’Ġesù Ekwaristija biex ibierek lill-pajjiż.