Filmat: L-Arċisqof Emeritu jiltaqa’ mal-Papa Franġisku fil-Vatikan

Fil-jiem li għaddew l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona attenda għall-udjenza tal-Papa li ssir kull nhar ta’ Erbgħa fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
L-Arċisqof kien qed jieħu sehem f’attivita organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Eks-Studenti Liċeo, l-ALPS li qed tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-20 anniversarju dan il-grupp xtaq jiltaqa’ mal-Papa u jippreżentawlu ġabra ta’ €1000 bil-għan li dawn il-flus imorru għall-missjoni.
Ma’ Newsbook.com.mt, l-Arċisqof Emeritu spjega kif bħalissa il-Papa mhux jilqa’ udjenzi privati u kien il-Kardinal Malti Prospero Grech li stieden lill-Arċisqof biex jippreżenta dawn il-flus lill-Papa.
Mons. Cremona jgħid ukoll kif kien sorpriż meta l-Papa ftakar li hu kien Dumnikan.  
Din kienet l-ewwel laqgħa ta’ Mons. Cremona mal-Papa Franġisku.

Filmat: CTV