Filmat: Il-Caravaggio mhux se jiċċaqlaq waqt ir-restawr

L-arazzi, flimkien mat-teżori kollha li jinsabu fil-mużew tal-Konkatidral ta’ San Ġwann se jsibu ruħhom fid-dlam għat-tliet snin li ġejjin.
Il-proċess ta’ restawr u ta’ estensjoni tal-mużew beda f'dawn l-aħħar ġimgħat u mistenni jiġi jiswa mat-€13-il miljun. Jekk kollox imur kif ippjanat, il-mużew il-ġdid jinfetaħ fis-sena 2020. Ir-restawr tal-mużew se jwassal biex il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann, tippreżenta t-teżori taħt il-ħarsien tagħha f’post interattiv u b’teknoloġija avvanzata sas-sena 2050.
Il-Kuratriċi tal-mużew, Cynthia de Giorgio, qalet lil Newsbook.com.mt li kull biċċa arti qed tiġi ppakkjata b’mod sigur u se tkun merfugħa f’lok apposta.
Tul dan il-proċess it-turisti se jkunu jistgħu jaraw oġġetti varji minn żmien għal ieħor fi spazju limitat.
Il-pittura famuża ta’ Caravaggio mhux se tintmess u se tibqa’ fejn hi anke wara li jitlesta l-proġett kollu.
Filmat: Ian Noel Pace