Filmat: L-APS jagħmel qligħ ta’ kważi €16-il miljun

Il-bank APS ħabbar li s-sena l-oħra għamel qligħ ta’ kważi €16-il miljun qabel it-taxxa, li jfisser żieda ta’ 2% fuq il-profitti tas-sena preċedenti. Dan hekk kif matul l-2016 il-bank għamel profitti ta’ €34.9 miljuni.
Ma’ Newsbook.com.mt iċ-Chairman tal-Bank, Emmanuel Delia qal li filwaqt li l-bank iġġenra dan il-profit, il-bank kompla bl-impenn soċjali tiegħu kemm fil-qasam tal-kultura kif ukoll ma’ diversi entitajiet.
Waqt il-Preżentazzjoni tas-Sena Finanzjarja 2016, Profs. Delia qal li dawn ir-riżultati nkisbu minkejja r-rati baxxi tal-imgħaxx u l-ambjent kompettitiv.
Spjega li l-kontijiet tal-bank żdiedu b’10% waqt li l-assi tal-APS Bank żdiedu wkoll b’16%, biex laħqu €1.3 biljun.
Filmat: Media Centre