Filmat: L-APS Bank bi €18.4 miljun qligħ qabel it-taxxa

L-APS Bank ħabbar qliegħ rekord ta’ €18.4 miljun qabel it-taxxa fis-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru li għadda. Dan ifisser żieda ta’ 16% fuq l-2016 u l-Bank irreġistra tkabbir u livelli rekord fil-ħidma tiegħu.
Ir-riżultati tal-Bank tħabbru waqt preżentazzjoni f’lukanda f’Ħ’Attard. Ġie spjegat li l-bank qed jesperjenza trasformazzjoni f’ambjent kummerċjali favorevoli b’rati ta’ interessi baxxi, b’obbligazzjonijiet regolatorji jiżdiedu u b’Malta fost l-aktar ekonomiji Ewropej li sejrin tajjeb.
Iċ-Ċermen tal-Bank, Frederick Mifsud Bonnici, semma fost l-oħrajn l-investiment qawwi tal-APS Bank f’teknoloġija ġdida u f’iktar impjegati biex ikompli jingħata l-aqwa servizz lill-klijenti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-APS Bank, Marcel Cassar qal li bl-investiment li qed jagħmel, il-Bank se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fis-suq.