Filmat: “L-appoġġ tagħkom ifisser kollox għalija” – Destiny

Just wanted to brighten up your feed with some eurovision lovin and sending all of our love to our queen! Destiny Chukunyere ❤️ EUROVISION 2021 WE’RE READY!Could not do this without all these talented singers and malta’s favorite commentary personality ❤️😂Christabelle Borg Michela Pace Ira Losco Gaia Cauchi Maxine Pace Kevin Paul Calleja Kyle Cutajar Justine Shorfid Matt Muxu Mercieca Borg Brooke Pamela Bezzina Rhiannon Micallef Jasmine Abela Glen Vella Eileen Montesin Julia Balzan Celine Agius Claudia Faniello Samira Cauchi Kayati Giorgia Borg Steven Levi Vella

Posted by Valentina Rossi on Thursday, March 19, 2020

Ilbieraħ b’sorpriża għal ħafna fuq il-midja soċjali beda jdur il-filmat tal-verżjoni ta’ All of my Love li biha suppost Destiny Chukunyere rrappreżentat lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. IL-kanzunetta kif tistgħu taraw għandha introduzzjoni ta’ Valentina Rossi u tinkludi s-sehem ta’ ħafna kantanti Maltin.

B’reazzjoni għal dan il-filmat, Destiny wasslet ukoll il-kummenti tagħha.

“Ninsab bla kliem! Grazzi lilkom li intom parti minn dan il-vidjow tal-għaġeb! Napprezza tassew lil kull wieħed u waħda minnkom! Dan il-vidjow għamilli l-ġurnata tiegħi! Ninsab onorata li nakhom kollha! L-appoġġ tagħkom ifisser id-dinja għalija! Grazzi għalikom ilkoll u grazzi tal-ħin u d-dedikazzjoni tagħkom biex toħloq vidjow mill-aqwa bħal dan!” ikkummentat Destiny filwaqt li rringrazzjat lil  Valentina Rossi u lil Steven Levi Vella tal-inizjattiva li ħadu.

U fi tmiem il-filmat tispikka Eileen Montesin, li permezz ta’ din l-inizjattiva u bi tbissima u b’ħafna enerġija twassal it-12-il punt lil Malta u lil Eurovision wara li Valentina tintroduċieha bħala r-Reġina tal-kummenrarju tal-Eurovision!

Il-filmat uffiċjali mill-ewwel jidher li kien suċċess hekk kif kif fl-ewwel sigħat kienu aktar minn 18,000 darba li kienu raw il-vidjow.