Filmat: L-ambjent għandu jingħata prijorità – Kap Eżekuttiv tal-ERA

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Louise Spiteri qalet li l-ambjent għandu jingħata prijorità wkoll. Hija tagħat il-kumment tagħha fl-aħħar jum tal-konferenza organizzata mill-ERA. Waqt il-konferenza ġie mniedi r-Rapport Dwar l-Istat tal-Ambjent u saru diversi workshops ibbażati fuq is-sejbiet tar-rapport.

Ir-rapport hu maqsum fuq 11-il kapitlu li jgħaqqad ħolistikament l-ambjent Malti, mill-bijodiversità, għall-kwalità tal-arja u sal-impatt tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Spiteri wieġbet għat-tħassib li tqajjem dwar ir-rapport għall-fatt li ma qisx it-tliet snin bejn il-perjodu tar-rappurtar u l-ġurnata tal-lum. Hija qalet li dan huwa normali u li kienet meħuda d-deċiżjoni li jinħoloq rapport komplut billi tittieħed informazzjoni minfejn tħalla barra mir-rapport li kien sar xi snin qabel.