Filmat: L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tfakkar il-kisbiet ta’ Malta

L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta, Gina Abercombie-Winstanley ħarġet filmat li fih timmarka l-kisbiet li saru minn Malta matul is-snin.
Iffilmjat f’26 sit madwar Malta u Għawdex, l-Ambaxxatriċi titkellem ukoll bil-Malti u tfakkar erba’ ġrajjiet importanti għal Malta, li huma l-50 sena mill-Indipendenza, l-40 sena mir-Repubblika, l-25 sena mill-Ħelsien u l-ewwel 10 snin sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Qalet li Malta u l-Istati Uniti jgawdu minn relazzjonijiet b’saħħithom u l-Istati Uniti jridu li din il-ħbiberija tkompli tissaħħaħ fil-futur.