Filmat: L-allat Griegi jixtru ċ-ċittadinanza Maltija

Zeus, ir-Re tal-allat Griegi u Hera, l-alla tan-nisa u t-twelid, ġew Malta u xtraw iċ-ċittadinanza Maltija. Hera u Zeus, tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw kif binhom se joħroġ rebbieħ wara battalja kontra Hades.  
Ta’ kull sena għadd ta’ studenti universitarji jingħaqdu flimkien u jiproduċu preżentazzjoni teatrali. Din is-sena l-istudenti se jfakkru l-ħrafa ta’ Hercules u se jinkludu wkoll temi Maltin. Fost dawn se jinkludu l-famuża kwistjoni li qajmet kontroversja sħiħa matul dawn l-aħħar xhur, l-iskema taċ-ċittadinanza.  
Din il-produzzjoni se titella' nhar il-Ġimgħa 28, is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ Marzu fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta.  Il-biljetti jistgħu jinksibu minn www.ticketline.com.mt