Filmat: L-aħħar Umani għal dan l-istaġun

Illum huwa l-aħħar programm ta’ Umani għal din l-iskeda fuq TVM, u se jkun qed jixxandar fis-7pm.

Maria Muscat se tagħti siltiet mill-programmi li kellna f’din l-iskeda, b’dak li qalu l-mistiedna fi programmi varji. 

Niftakru f’Nazaline u Brian Abela u uliedhom b’diżablita’ severa, f’Marcelle u binha Gabriel u nies oħra li ħallew impatt f’din l-iskeda bil-kuraġġ u determinazzjoni tagħhom.

Maria Muscat tgħid li se tkompli bil-missjoni tagħha ta’ Umani li tiżra’ l-kuraġġ fi skedi oħrajn, għaliex il-pożittivita’ hija barka ta’ feqan għal kull uman.