Filmat: L-aħħar round tal-kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil tad-Drag Racing Championship

Bejn il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar round tal-kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil Enemed National Drag Racing Championship. L-avveniment ġie organizzat mill-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing ġewwa it-trakka f’Ħal Far. Dan huwa round li s-soltu jattira numru ta’ barranin peress li l-avveniment kollha tal-kwart ta’ mil madwar l-Ewropa jkunu spiċċaw però din is-sena nħass ħafna n-nuqqas ta’ dawn il-barranin, kif ukoll l-avveniment inżamm wara bibien magħluqa.

Ritratt: Lon Joseph Cachia

Joseph Agius, Neil Caruana, Ruth Galea, Tritian Pisani, Rosello Cassar, Luke Spiteri, Karl Mifsud, Victor Felice, Juan Mula u Sandro Cutajar rebħu l-klassijiet Bracket.

Anthony Vella, Tristian Pisani u Jurgen Cassar rebħu l-klassijiet Index. Matthias Caruana u Chris Polidano rebħu l-open classes.

Roderick Vella rebaħ il-klassi CA6 u Wayne Muscat rebaħ il-klassi open għal karozzi Front Wheel Drive, Daniel Micallef rebaħ il-klassi Outlaw ukoll għal-karozzi Front Wheel Drive.

Tyson Debono u Patrick Cassar rebħu il-klassijiet tad-dragsters D4 u D5. Stephen Xuereb rebaħ il-klassi SM5 waqt li Glenn Busuttil rebaħ il-Klassi SM3.Christian Pace u Emidio Vassallo rebħu l-Escort Class 2 u Escort Class 3.

Ryan Scerri rebaħ il-klassi Four Cylinder Nitro u Sandro Cutajar rebaħ il-Klassi Pro-Stock 4. Nicholas Farrugia rebaħ il-klassi Open 6 u Lawrence Micallef rebaħ il-Klassi SS4.

Ritratt: Lon Joseph Cachia

Klassijiet tal-muturi, Briegel Micallef u Chris Vella rebħu l-klassijiet bracket tal-muturi, u Joseph Grima rebaħ il-klassijiet Outlaw u Open tal-muturi.

Il-kampjonat tal-kwart ta’ mil mistenni li jirritorna f’Marzu li ġej.

Ritratt: Lon Joseph Cachia

Dan it-tagħrif twassal minn motors.mt. Il-filmat huwa ta’ Konrad D’Anastasi.