Filmat: L-aħħar round tal-kampjonat Enemed National Hillclimb Championship

Read in English.

Il-Ħadd 8 ta ‘Diċembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar round tal-Enemed National Hillclimb Championship, organizzat mill-Island Car Club ġewwa it-telgħa ta ‘l-Mtaħleb, limiti tar-Rabat. Il-kampjonat tal-hillclimb u l-ICC, il-klabb li jorganizzaħ għandhom l-itwal storja fil-motorsport ta pajjiżna.

Madwar 30 karozza ikkompetew fid-diversi klassijiet tal-kampjonat. Charles Cutajar fuq Escort Mk1 rebaħ il-klassi Rear Wheel Drive, Didier Bugeja fuq Peugeot 106 rebaħ il-klassi Front Wheel Drive. Fuq karozzi formula fit-tielet post spiċċa Mauro Portelli, fit-tieni post spicca Darren Camilleri u Fabio Baldacchino fl-ewwel post b’ħin ta 61.31 sekonda.

Spikkat il-prestazzjoni tas-sewwieq żgħażugħ Nicky Gauci li ġħalkemm diġa ġħandu warajħ karriera fil-go karts mar tajjeb ħafna fl-ewwel esperjenza tiegħu fil-hillclimb. Gauci spiċċa fit-ħames post u tlieta mill-erbgħa kompetituri li ġew qablu kellhom magni b’aktar potenza.

Ritratti: David Axisa

Filmat: motorsmt