​Filmat: L-aħħar kliem ta’ Daphne jkompli jinxtered

L-aħħar kliem tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qed ikompli jinfirex.
Il-monument ta’ Manwel Dimech fi Pjazza Kastilja issa tlibbes ukoll bi flokk bil-kliem li l-ġurnalista kitbet fl-aħħar blogg tagħha, 35 minuta qabel inqatlet: Kull fejn tħares tara l-korrotti. Is-sitwazzjoni hija waħda ta’ disprament.
Jidher li l-monument tlibbes mill-grupp ta' nisa li bħalissa qed jikkampjaw quddiem Kastilja, fejn qed isejħu għal ġustizzja u biex uliedhom ikollhom pajjiż aħjar. 
Nhar it-Tnejn li għadda, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, poġġa flokk bl-istess kliem fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Ftit sigħat wara l-qtil tagħha, proprjament l-istess kliem, inkitbu fuq wieħed mill-ħitan fit-Triq Reġjonali, waħda mill-iktar toroq iffrekwentati.
Ritratti: Ian Noel Pace/Ryan Bonello