Filmat: “L-aħħar kelma tiegħu qabel miet kienet ‘inħobbok'” – Paulanne

#Sibtek li jmiss mimli stejjer u esperjenzi ❤️

Posted by Sibtek on Monday, January 27, 2020

Waqt Sibtek tal-lum is-Sibt se niltaqgħu ma’ ħafna stejjer ta’ kuraġġ fosthom Antonella li kellha l-marda tal-kanċer fl-istess żmien li ommha kellha wkoll kanċer.

Niltaqghu ma’ Robert li ta’ 9 snin kellu puplesija.

Taħsbux li dawn l-istejjer se jqabdu dieqa lilkom it-telespettaturi għax ma’ dawn in-nies se jingħaqdu ħafna nies oħra li se juru Iill- kulħadd li għalkemm għaddew ħafna mill-ħajja xorta baqgħu pożittivi u b’hekk se niskopru x’wieħed jista’ jagħmel biex jibqa’ pożittiv.

Paulanne Vella titkellem għall-ewwel darba wara l-mewt ta’ żewġha Rennie. Tgħid li baqgħet tagħmel l-istess affarijiet daqs li kieku għadu magħha f’din id-dinja. Hija tiftakar ukoll fl-aħħar kliem tiegħu qabel ma’ miet.

Matul il-programm tal-lum Kurt Calleja jitkellem fuq il-familja tiegħu u kif qed iħossu issa li mar igħix għal rasu.

Fost ħafna emozzjonijiet ma tonqosx il-mużika, logħob u ħafna aktar.

Sibtek jitwassal minn Ryan u Josmar fuq TVM fil-ħin tas-12.45pm.