Filmat: L-aħħar episodju ta’ F’Ġieħ L-Imħabba

Illejla fid-9pm fuq TVM se jkun qed jixxandar l-aħħar episodju tal-ewwel staġun tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba.

Fl-episodju tal-lejla se mmoru lura għal dik il-ġurnata meta Francesca welldet lil binha Santiago. X’kien qallu t-tabib lil żewġha? Naraw lil Francesca tiddillierja… fuq xiex?… u x’kienet qaltilha Konċetta? X’ġara meta Francesca reġgħet ġiet f’sensieha? X’kienet qaltlu lil Giuseppe?… u Antonino kien emminha jew le? X’qallu lil Giuseppe u min kien qed jissemma’ wara l-bieb?

Evelyn Saliba la Rosa bħala Francesca. Ritratt: Ivan Borg

Nerġgħu lura għal ġurnata tal-lum… Elena x’qaltilha lill-ommha? U għaliex Concetta tassew tinsab irrabjata ħafna għal żewġha? X’qaltlu biex jagħmel u għaliex inħasad meta semmietlu l-isem ta’ Emilio Garsena?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.