Filmat: “L-AFM bagħtitna l-Italja” – il-kaptan tal-Lifeline

Il-Kaptan tal-bastiment Lifeline, Claus Peter Reisch qal fil-Qorti li meta l-bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta għamel kuntatt mal-Lifeline, l-uffiċjali ma staqsewx għal dokumentazzjoni u talbuhom imorru l-Italja.

Illum kompla s-smigħ tal-kawża fejn il-kaptan qed jaffaċja akkużi li meta salva daqs 235 ħajja fil-baħar Mediterran, għamel dan mingħajr ir-reġistrazzjoni meħtieġa biex juża l-bastiment tiegħu b’dan il mod.

Il-kaptan tal-Lifeline jerġa’ jiġi Malta għalxejn minn jeddu

Fost l-ispunti li ħarġu fil-Qorti, Reisch qal li l-awtoritajiet Taljani, Maltin u Netherlandiżi qatt ma kkuntattjawh sabiex jistaqsu għar-reġistrazzjoni tal-bastiment. Hu spjega li meta ngħataw il-permess li jidħlu fil-port Malti, it-tobba marru abbord il-bastiment u għaddew mill-proċeduri normali. Sostna li jekk l-awtoritajiet Maltin ma staqsewx għad-dokumentazzjoni tal-bastiment darbtejn, ma jistax jingħata t-tort hu.

Reisch kompla jgħid kif kien propju l-għada li saru jafu li d-dokumenti tagħhom kienu jinsabu taħt skrutinju. Spjega kif kien qal lill-awtoritajiet li madwar 25,000 bastiment kien irreġistrat l-Olanda bl-istess ċertifikat. Insista li sal-lum għadhom ma rċevew l-ebda ittra jew notifika li tindika li ċ-ċertifikat tagħhom huwa invalidu.

Il-każ se jkompli jinstem fil-11 ta’ Jannar fil-11am.

Aktar dettalji mis-smigħ tal-lum minn hawn.