Filmat: “L-affarijiet sempliċi huma importanti” – Joseph Galea

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attur Joseph Galea.

Il-qari tal-ġurnata

Marta kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed ighid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, mintix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!’’ Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta, inti tieħu rasek u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ: imma ħaġa waħda hi meħtieġa. Hi Marija li għażlet is-sehem it-tajjeb, u ma jitteħdilhiex.”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.