Filmat: L-ABBA reġgħu ltaqgħu … għal ftit

Ilbieraħ fi Stokkolma l-erba’ membri oriġinali tal-grupp Abba reġgħu dehru għal xi ħin flimkien.
Dan ġara waqt il-ftuħ tar-restaurant b’differenza. Ir-restaurant fil-belt Żvediża hu mibni fuq it-tverna tal-film Mamma Mia li nħadem fuq is-suċċessuni tal-grupp Abba.
Diċeriji jsostnu li xi snin ilu l-membri tal-grupp irrifjutaw biljun ewro li ġew offruti biex jerġgħu jingħaqdu flimkien.
Ir-restaurant infetaħ fl-istess belt li se tospita l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Il-grupp kien rebaħ il-festival bil-kanzunetta Waterloo fl-1974.