Filmat: L-2017 mil-lenti tal-fotografu ta’ Newsbook.com.mt

Bħalma nagħmel kull tmiem is-sena, żort il-tifkiriet u dak kollu li għaddejt minnu. Dawn huma ftit mill-mumenti li rajt mil-lenti u li ħadu l-emozzjonijiet dawra tajba fit-toroq tas-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja.
 

Jannar

  • L-Arċisqof Charles Scicluna jżur id-Dar tal-Providenza u jiltaqa’ ma’ għadd ta’ residenti
  • L-ajruplan 5A-ONB tak-Afriqiyah Airways li safa maħtuf, jirritorna l-Libja
  • Innocent Lokri jitkarrab quddiem il-President ta’ Malta sabiex familtu ma tkunx deportata
  • Karozza bomba taħsad il-ħajja ta’ Victor Calleja fil-Marsa
  • L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann lit-28 mexxej tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea

 Frar

  • EU Malta Summit
  • 54 rekluta għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
  • Jitħabbar restawr fuq il-vara tar-Redentur tal-Isla
  • Vetturi ġodda għar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija
  • Sid ta’ karavan u karozza jeħlisha ħafif wara li dawn ħadu n-nar f’Raħal Ġdid
  • Karnival ta’ Malta

Marzu

  • L-Arċisqof Charles Sicluna kkonsagra l-altar fid-Dar tal-Kleru
  • Pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna
  • L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha jikkonsagra l-Knisja tal-Kapuċċini, il-Furjana
  • 25 sena anniversarju ta’ Radju RTK
  • Kommemorazzjoni f’għeluq is-sena mill-mewt tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca
  • Raġel jitlef ħajtu f’appartament fl-Imsida minħabba gassijiet tossiċi
  • L-Arċisqof Charles Scicluna jiltaqa’ mal-Qriema waqt Żjara Pastorali
  • Żagħżugħ jitlef ħajtu traġikament wara li tilef il-kontroll tal-karozza fil-Marsa

April

  • Żjara Pastorali mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Santa Venera
  • Attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa
  • Żjara fl-MCAST mill-Arċisqof ta’ Malta waqt l-iSkills Challenge
  • Restawr fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta
  • Purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun
  • 100 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Trinità fil-Marsa
  • Dimostrazzjoni Nazzjonali fil-Belt Valletta organizzata mill-Partit Nazzjonalista

Mejju

  • Il-President ta’ Malta xxolji l-Parlament.
  • Tibda kampanja elettorali qasira imma intensiva
  • L-Arċisqof Charles Scicluna jikkonsagra l-Knisja Sagra Familja fl-Iklin
  • Id-Deputat Mexxej Laburista Louis Grech iħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni
  • Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jissottometti l-evidenza tiegħu fil-Qorti dwar il-każ Egrant
  • Marlene Farrugia tikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Demokratiku
  • Taħriġ mis-servizzi kollha tal-emerġenza fil-Port il-Kbir
  • Għadd ta’ seminaristi jieħdu l-Lettorat
  • Parti kbira mill-Impjant tar-Riċiklaġġ f’Wied il-Għajn tinqered minn nirien qawwija
  • Ix-xogħol fuq il-flyover tal-Kappara jimxi kif ippjanat
  • Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jargumentaw quddiem il-poplu f’Xarabank
  • L-Arċisqof Charles Scicluna jżur iċ-Ċentru ta’ Kontroll ġdid tal-Enemalta

Ġunju

  • Isiru l-aħħar mass meetings fuq il-Fosos u Ħal Far qabel l-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju
  • Il-poplu joħroġ jivvota
  • Il-Partit Laburista jerġa’ jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali u Simon Busuttil jikkonċedi t-telfa
  • Isiru ċelebrazzjonijiet fit-toroq minn partitarji Laburisti u ssir il-ħatra tal-Prim Ministru Joseph Muscat
  • Jittella’ kunċert mill‑Kor tal‑Papa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann
  • Jinħatar Maestro di Cappella ġdid tal-Katidral ta’ San Ġwann, Hamis Dustagheer
  • Għadd ġmielu ta’ residenti f’San Blas jiggradwaw wara li segwew b’suċċess il-programm ta’ riabilitazzjoni
  • Il-Parlament jiftaħ uffiċjalment għat-Tlettax il-Leġislatura
  • Seba’ seminaristi jiġu ordnati Djakni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
  • Tiġi inawgurata l-ewwel ambulanza għat-tfal
  • L‑Arċisqof iċċelebra l‑Ordinazzjoni Presbiterali fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, li fiha tliet seminaristi u tliet reliġjużi ġew ordnati saċerdoti

Lulju

  • Mixja silenzjuża favur iż-żwieġ naturali u dwar l-Att dwar iż-Żwieġ
  • Francis Zammit Dimech jirbaħ is-siġġu Ewropew ta’ Therese Comodini Cachia
  • Rejd mill-Pulizija fuq it-Tiger Bar fil-Marsa
  • Eksplejer tal-Manchester United, Fr Philip Mulryne, iqaddes f’Malta
  • Festa tat-tfal f’Marsaxlokk

Awwissu

  • 28 xarabank ġdid bil-USB ports
  • Jasal Malta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Monsinjur Alessandro D’Errico

Settembru

Ottubru

  • Numru ta’ annimali jmutu waqt nirien li ħakmu l-Wildlife Park fl-Imtaħleb
  • L-Arċisqof mexxa pellegrinaġġ mill-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, fil Ħamrun, sal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima
  • Tiġi assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba
  • Numru sostanzjali ta’ dimostrazzjonijiet, mixjiet u wirjiet ta’ rispett minn diversi entitajiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
  • Tinstab Natalie Williams wara li ttieħdet fis-sotterran tal-Forti Rikażli

Novembru

  • Issir il-purċissjoni tat-tfal bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima
  • Jingħalaq il-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni ta’ P. Avertan Fenech
  • Tinfetaħ ‘Dar Bjorn’ f’Ħal Qormi
  • Isir il-funeral tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
  • Jum it-Tifkira
  • Tibda Żjara Pastorali f’Bormla mill-Arċisqof Charles Scicluna

Diċembru

  • Tliet persuni jitressqu l-Qorti akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
  • Jittella’ Milied Flimkien quddiem il-bini tal-Parlament fejn il-mexxajja wasslu l-messaġġ tagħhom
  • L‑Isqfijiet ta’ Malta laqgħu lill‑awtoritajiet tal‑pajjiż għall‑bdil tal‑awguri għas‑sena l‑ġdida, fil‑Palazz tal‑Ariċsqof, il‑Belt Valletta
  • Ajruplan privat jinħakem mir-riħ u jispiċċa ġo binja wara li mexa għal diversi metri u ħareġ mill-perimetru tal-ajruport

Filmat u Ritratti: Ian Noel Pace