Filmat: Kylie għamlet 2 trapjanti; illum tagħmel il-ġinnastika

Iċ-ċkejkna Kylie hija storja ta’ suċċess tal-maratona tal-ġbir ta’ fondi Istrina, għaliex 3 snin ilu, hija kienet marida serjament u llum tagħmel il-ġinnastika.

Kylie, fil-ħajja ċkejkna tagħha, diġà għamlet 2 trapjanti, u ommha qalet imbikkma f’filmat ippubblikat fuq il-paġna tal-Istrina, li minkejja dan, trid tibqa’ toqgħod attenta u żżur l-isptar għomorha.

Iżda llum il-ġurnata, Kylie tidher qawwija u sħiħa u tagħmel il-ġinnastika. Il-paġna Acrobatic Jumpers Gymnastics Malta, fejn tmur it-tifla, xerrdet il-filmat ta’ Kylie fejn qalu li Kylie tispirahom.

Tista’ tgħin lil tfal bħal Kylie billi tagħmel donazzjoni fl-Istrina fis-26 ta’ Diċembru.