Filmat: Kylie Ann b’kanzunetta dedikata liċ-ċkejken Diego

Il-blog I Am Diego, dedikata liċ-ċkejlen tifel bl-awtiżmu, hija l-ispirazzjoni tal-kanzunetta You Are Not Alone li l-kantanta Kylie Ann flimkien ma’ ommha Angelica ħasbu li kellhom jippjanaw biex jagħmlu xi ħaġa u b’hekk il-kanzunetta bi kliem u mużika ta’ DJ Toby ġiet żviluppata, bil-vidjow maħdum minn Loud Neighbour Productions.

Il-kanzunetta You Are Not Alone titratta t-tema tal-awtiżmu, u diġà qajmet ħafna interess fuq il-mezzi soċjali.

Għal Kylie Ann din is-silta mużikali ġiet proprju ftit żmien wara li rebħet il-kategorija li ħadet sehem fiha fl-aħħar edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior bil-kliem Jien Naf fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.