Filmat: Kyle Cutajar ukoll jispiċċa fuq X Factor Global

Sorpriża sabiħa għal Kyle Cutajar u dawk kollha li qed isegwu mill-qrib il-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta hekk kif fuq X Factor Global illum ittella’ l-filmat tal-audition tiegħu tal-Ħadd li għadda.

Is-sena l-oħra lil Kyle Cutajar rajnih jipparteċipa fl-ewwel staġun tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta. Spiċċa mal-grupp Systm 12 u flimkien magħhom wasal sal-faċi taċ-chair challenge.

Fil-programm tal-Ħadd li għadda Kyle reġa’ rritorna għat-tieni staġun u impressjona mhux ftit bl-interpretazzjoni tiegħu ta’ You Are Not the Only One, li nafuha oriġinarjament interpretata minn Sam Smith.

Il-wirja tiegħu ħalliet impatt fuq il-ġurija tant li rajna lil Alexandra Alden tibki u Cutajar spiċċa għadda għall-faċi li jmiss bl-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija.

Kyle huwa t-tielet Malti mit-tieni staġun ta’ X Factor Malta li spiċċa fuq X Factor Global.

Nhar it-Tnejn li għadda rajna lil Edward Abdilla jispiċċa huwa wkoll fuq X Factor Global

AQRA: Edward Abdilla wkoll jispicca fuq X Factor Global

U qablu, it-Tnejn ta’ qabel, rajna lil Justine Shorfid bħala l-ewwel waħda minn din l-edizzjoni li kellha l-audition tagħha fuq X Factor Global, fejn ħafna aktar dilettanti tal-mużika qed ikollhom opportunità li jaraw uħud mill-aqwa auditions fid-diversi edizzjoni ta’ X Factor li qed jittellgħu f’diversi pajjiżi.

AQRA: L-audition ta’ Justine tispicca fuq X Factor Global