Filmat: ”Kurt jaċċettani kif jien bla ma jiġġudikani” – Mark Anthony

Ilbieraħ żewġ artisti maskili nehdew verżjoni ta’ kanzunetta li snin ilu ħalliet impatt pożittiv ħafna fuq ix-xena tal-mużika lokali. Kurt Anthony u Mark Anthony m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni. Rajnihom fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta u proprju ġew iġġudikati minn wieħed mill-membri tal-ġurija li kien il-moħħ wara din il-kanzunetta leġġendarja! 

Down by the Water, kanzunetta li għadha sal-lum maħbuba minn bosta Maltin li nafuha minn Ray and the Characters.

Mark Anthony għamel arranġament akustiku mill-isbaħ u l-vuċijiet tant uniċi ta’ Kurt u Mark reġgħu ikkommemoraw il-kobor ta’ din il-kanzunetta. 

Kurt jgħid li t-talent ta’ Mark Anthony kien wieħed li mpressjonah tul il-vjaġġ tiegħu s-sena l-oħra u minn dejjem kellu f’moħħu li jikkollabora miegħu.

”Artist impekkabbli tagħrfu meta jkun fl-istudjo. Mark Anthony artist ta’ vera,” ikkummenta Kurt.

Ritratti: Facebook/Kurt Anthony & MarkAnthony

Mark Anthony igħid li ħassu onorat li qasam it-talent tiegħu ma’ bniedem fenomenali bħal Kurt.

”Kurt jaċċettani kif jien bla ma jiġġudikani. Mhux soltu nħossni komdu naħdem m’oħrajn. Ma’ Kurt kienet storja oħra. Iġiegħlek tħossok komdu u tidhak daħka waqt li taħdem!”

Cyprian Cassar u Myles Azzopardi għenu l-produzzjoni ta’ dan il-vidjow.