Filmat: Kurt Anthony u Laura Bruno kif qatt ma rajtuhom

Lil Kurt Anthony u lil Laura Bruno nafuhom f’dinji  totalment  ‘il boghod  minn xulxin. Is-sena l-oħra rajnihom it-tnejn li huma f’il-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta, imma qatt ma stennejna sorpriża bħal din minn dawn iż-żewġ artisti tant bravi.

Walt Disney huwa element ħaj  mhux  għaż-żgħar biss izda anke’ għall-kbar u dal-aħħar il-maġija ta’ Disney qed terġa’ tieħu l-ħajja permezz  tal-films li qed jerġgħu joħorġu fosthom l-iktar riċenti Aladdin.

Qatt kontu timmaġinaw lil Kurt Anthony bħala Aladdin u lil Laura bħala Jasmine?

Ir-risposta tawha f’dan il-filmat li qed taraw f’din il-paġna bl-interpretazzjoni eċċellenti tal-famuża A Whole  New World.

Fil-fehma tagħna qaxxruha. Intom x’taħsbu?

Parir għal  darb’ oħra, forsi Kurt Anthony seta’ libes turban u poġġa lil Laura ħdejh fuq  tapit ikkulurit!