Filmat: Kurt Anthony u Kelly Moncado Rizzo jniedu l-verżjoni tagħhom ta’ Arcade

Il-kantant lokali Kurt Anthony, li rajnih fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, llum is-Sibt 15 ta’ Ġunju nieda l-verżjoni tiegħu ta’ Arcade, il-kanzunetta rebbieħa minn Duncan Laurence għall-Olanda fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Għal din il-cover version, Kurt Anthony għandu miegħu lil Kelly Moncado Rizzo, li wkoll rajniha fl-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta.

Kurt stqarr li din il-kollaborazzjoni hija l-ikbar waħda li s’issa kellu kemm ilu li beda l-vjaġġ mużikali tiegħu.

Ir-rikording tal-kanzunetta sar fil-Wicked and Loud Studios filwaqt li d-direzzjoni tal-vidjo mużikali hija ta’ Marlon Polidano.