Filmat: Kurt Anthony b’wirjiet importanti f’ Londra

Kurt Anthony żagħżugħ b’ħafna passjoni lejn il-mużika, bħalissa jinsab ġewwa Londra fejn flimkien ma’ diversi mużiċisti fosthom Robin Ward, kontestant ta’ X Factor UK li kien wasal fil-fażijiet finali lura lejn l-2010, qed jagħtu prestazzjonijiet madwar diversi postijiet ewlenin f’Londra fosthom Knightsbridge, Oxford Circus, Russell Square u ħafna oħrajn. Skont ma jindika Instagram, Kurt qed jiġbed bosta ammiraturi li qed jitfgħu diversi vidjos tiegħu fuq l-istejjer tagħhom b’tifħir lejn Kurt u l-vuċi tiegħu.

Proprju llum lejliet l-ewwel tas-sena, Kurt se jkun qed jagħti wirja flimkien ma’ band fuq palk importanti ħafna ġewwa Hyde Park, Winterwonderland, flimkien ma’ diversi artisti oħra li ser ikunu jiftħu s-sena 2020 flimkien.

Awguri minn qalbna Kurt. Nixtiequlek kull suċċess!