Filmat: Kurċifiss jaqa’ waqt purċissjoni fi Spanja

Waqt purċissjoni f’Burgos fi Spanja, fejn kienu qed iġorru statwa ta’ Kristu msallab, l-istatwa waqgħet, u għalhekk tilfet id-driegħ tal-lemin.

Il-Fraternità ta’ San Gil Abad, flimkien ma’ fraternitajiet oħra, kienet qed tiċċelebra il-75 sena anniversarju. Ħabba f’hekk, huma xtaqu jagħmlu purċissjoni ftit differenti mis-soltu. Huma xtaqu jġorru statwa ta’ Kristu msallab b’mod vertikali, flok orizzontali, li kienet xiħaġa li qatt ma pruvaw qabel. Iżda l-istatwa nqalbet ‘il quddiem.

L-istatwa ġarrbet ħsara hekk kif tilfet waħda mid-drigħajn, u kien hemm xi ħsarat kif-salib u fil-kuruna tax-xewk.