Filmat: Kuraġġ Aurelio!

Special thanks to Jean Noël Attard, Rodney Gauci, Sigmund Mifsud and Michael Aquilina ......and all our amazingly talented friends and colleagues who participated in this heartfelt video collage to encourage Aurelio during this difficult time...KURAGG!!#kingaurelio

Posted by Gloriana Arpa Belli on Thursday, September 10, 2020

Bosta personalitajiet Maltin ingħaqdu flimkien biex b’vuċi waħda jwasslu messaġġ ta’ kuraġġ lill-Maestro Aurelio Belli li proprju llum se jkun qiegħed ikollu intervent mediku.

Kienet proprju il-mara ta’ Aurelio, il-kantanta Gloriana Belli, bint il-kantanta Helen Micallef, li ħadet ħsieb li tiġbor il-messaġġi mingħand bosta persuni li jaħdmu qrib tiegħu biex b’hekk Mro. Belli jingħata sorpriża b’dawn il-messaġġ ta’ kuraġġ.

Dawk li wasslu l-messaġġi tagħhom jinkludu personalitajiet mill-qasam tal-ispettaklu u mużiċisti kollegi ta’ Aurelio. Dawn jinkludu lil Jean Noel Attard, il-kantanta (u kunjata ta’ Aurelio) Helen Micallef, Joseph Calleja, Romeo Giacomotto, Paul Giordimaina, Adrian “Ir-Russu” Brincat, Ira Losco, Dominic Cini, Elton Zarb, Glen Vella, Ludwig Galea, Paul Abela, Ryan Abela, Sergio Costa, Pamela Bezzina, Neville Refalo, Corazon Mizzi, Renato, Alison White, Pawlu Borg Bonaci, John Bundy, Ġianni Zammit, Ivan Grech, Amber, Sigmund Mifsud, Rodney Gauci, Kevin Abela, u Janvil fost ħafna oħrajn.

Il-President tas-Soċjetà Mużikali Sant’ Antnin A.D. 1983 – B’Kara flimkien mal-kumitat ukoll waslu messaġġ ta’ kuraġġ lis-Surmast Direttur tal-Banda Duke of Connaught’s Own Mro. Aurelio Belli.

Il-President flimkien mal-kumitat jawguraw Sahha u kuragg lis-Surmast Direttur tal-Banda Duke of Connaught's Own Mro….

Posted by Socjeta Muzikali Sant' Antnin A.D. 1983 – B'Kara on Thursday, September 10, 2020

Newsbook.com.mt ukoll jawgura lil Maestro Aurelio Belli kull suċċess fl-intervent mediku tal-lum u nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

A bit of a different scenario than that of "ROCKESTRA", but he wanted to wear his beloved personalised T-Shirt for hospital admission! 🤗❤️🤟🎻🎸🎻🎸🎵🎶🎼 #rockon #kingaurelio

Posted by Gloriana Arpa Belli on Thursday, September 10, 2020