Filmat: “Kuntenta ħafna li rnexxielna nġibu maġġoranza Laburista fil-Mosta” – Romilda Baldacchino Zarb

Is-Sindku eletta għall-Mosta, Romilda Baldacchino Zarb, qalet li hi kuntenta ħafna li l-Partit Laburista ġab il-maġġoranza fil-kunsill lokali tal-Mosta.

Hija qalet li tinsab sodisfatta li r-residenti Mostin għarfu l-ġid li qed iwettaq il-Gvern Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Qalet li hija lesta sabiex taħdem mal-kunsilliera l-oħra bħala tim sabiex il-ġid jinħass fil-Mosta wkoll.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u ntemm ilbieraħ, bl-aħħar 23 lokalità. Il-voti li ngħaddu lbieraħ kienu dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.