Filmat: Kundanna għall-mod kif tqaċċtu s-siġar fil-Liċeo tal-Ħamrun

Il-Gvern ikkundanna l-mod kif tqaċċtu s-siġar fil-Liċeo San Ġorġ Preca fil-Ħamrun.

Fi stqarrija il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima fakkar kif f’Mejju li għadda il-Gvern nieda kumitat dwar is-siġar biex jagħti pariri u suġġerimenti prattiċi li bihom jista’ jitħares l-ambjent.

Il-kumitat bħalissa qed jaħdem fuq qafas leġislattiv li mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin bil-għan li jiżgura l-ħarsien tas-siġar.

Intant il-Gvern appella lil kull entità, lill-Kunsilli Lokali u lill-operaturi fis-settur privat biex “ma jmorrux kontra x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu”.