Filmat: Kunċett ġdid li jħajrek tixtri ħaxix u frott sfigurat

Grupp ta’ supermarkets fi Franza bdew kunċett ġdid biex fis-sezzjoni tal-ħaxix u l-frott inaqqsu l-ħela.
Prodotti sfigurati li qabel kienu jintremew mill-ewwel, illum qed imorru fuq l-ixkafef bl-isem ta’ Inglorious Fruit and Vegetables u jinbiegħu 30% irħas.
Dan il-kunċett intlaqa’ tajjeb ferm u li sab problema waħda biss: xkafef vojta, għax ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda!