Filmat: Kunċert tas-Sajf mill-Malta Police Force Band

Il-Malta Police Force Band se tippreżenta kunċert fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-31 t’Awwissu mis-7.45 pm ‘l quddiem.

Id-direttur mużikali huwa Comm. Mro. Anthony Cassar u l-mistidnin speċjali se jinkludu lil Ivan Grech, Ira Losco, Michela Pace, Owen Lueullen u the Malta Police Pipe Band, fost ohrajn.

Il-kuncert huwa taht il-patronaġġ tal-E.T. George Vella, President ta’ Malta.

Il-biljetti, b’risq il-Community Chest Fund, jinxtraw online.