Live: Kunċert spettakolari ta’ Andrew Lloyd Webber

Illejla fuq YouTube għal 48 siegħa, l-istess bħal ma’ ġara fl-4 ġimgħat li għaddew, se jittella’ spettaklu kbir b’xogħlijiet ta’ Andrew Lloyd Webber mit-8pm ‘il quddiem.

Illejla jmiss il-kunċert Andrew Lloyd Webber: The Royal Albert Hall Celebration li kien itella’ nhar is-7 ta’ April tal-1998 fl-okkażjoni ta’ għeluq il-50 sena ta’ Webber.

Matul dan il-kunċert id-dilettanti tal-musicals se jkunu jistgħu jsegwu uħud mill-kanzunetti popolari minn musicals bħal Cats, Evita, Sunset Boulevard, Starlight Express, Aspects of Love u Whistle Down the Wind.

F’dan l-ispettaklu se nkunu qed naraw is-sehem ta’ bosta artisti magħrufa li ngħaqdu flimkien biex isellmu lil Andrew Lloyd Webber f’għeluq il-50 sena tiegħu. Dawn jinkludu il Glenn Close, Antonio Banderas, Elaine Paige, Michael Ball u Sarah Brightman fost ħafna oħrajn.