Filmat: Kunċert għal Emily

Grazzi lil dawk kollha li ħa jingħaqdu magħnaIllejla Flimkien Għal EmilyIlejla fis-7 pm fuq social channel live ħa jsir kunċert għal Emily. Nitolbukom ixxerrdu dan il video bil-għan li nibqgħu nsaħħuu t-talb. Grazzi għall-artisti lokali u l-isponsors biex dan isseħħ. Ejjew ningħaqdu kollha flimkien għal għan wieħed. Flimkien għal Emily

Posted by Social Channel on Monday, June 1, 2020

Illejla fis-7pm disa’ artisti se jkunu qed jingħaqdu flimkien biex permezz tal-paġna Social Channel fuq Facebook iwasslu kunċert bħala appoġġ u fl-istess ħin talba għaċ-ċkejkna Emily Mugliett li fl-aħħar ġranet għaddiet minn operazzjoni biex jitneħħielha tumur.

Il-kunċert se jkun qed jitmexxa minn Nicholas John Borg Bonaci u se jinkludi s-sehem ta’ Gillian Attard minn La Voix Studios, kif ukoll Shirley Cachia, Chantal, Michelle, Dayle Camilleri, Kurt Anthony, Lisa Tabone. Mark Anthony Bartolo, u Mark Spiteri.

Il-kunċert jibda fis-7 pm u tista ssegwih fuq il-paġna ta’ Social Channel permezz ta’ dan il-link.