Filmat: Kull nota tfisser kelma…

Il-Fondazzjoni RA1SE se tkun qed tgħin lil tfal b’diżabilità permezz ta’ strumenti mużikali.
€1,000 intefqu fuq l-istrumenti sabiex it-tfal li jattendu l-Fondazzjoni Inspire jkollhom ċans jdoqqu, minħabba li l-mużika hi għodda terapewtika.
Kelliema għall-Inspire Paula Doumanov qalet li t-tfal li ma jistgħux jesprimu lilhom infushom bil-kliem ikunu jistgħu jagħmlu dan permezz tal-istrumenti mużikali mingħajr ma jkunu jafu. Kompliet li b’hekk ikunu jistgħu jitgħallmu jibnu r-relazzjonijiet ma’ persuni oħra, kif ukoll jiżviluppaw il-motor skills tagħhom.
Julian Azzopardi, il-fundatur tar-RA1SE qal li permezz tad-donazzjoni, ikunu qed jgħinu fl-edukazzjoni u fid-divertiment tat-tfal.